Adottat rapport li jassigura aktar ugwaljanza b’saħħitha – Josianne Cutajar negozjatriċi f’isem l-S&D

Stqarrija

L-Erbgħa 9 ta’ Ġunju 2021

Maħruġa mill-MPE Josianne Cutajar

Adottat rapport li jassigura aktar ugwaljanza b’saħħitha – Josianne Cutajar negozjatriċi f’isem l-S&D

Il-Parlament Ewropew adotta rapport importanti li tiegħu l-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar kienet in-negozjatriċi f’isem l-S&D. Dan ir-rapport se jassigura aktar ugwaljanza bejn is-sessi. Il-vot fil-plenarja seħħ wara li r-rapport dwar l-integrazzjoni tal-ġeneru fil-politika ta’ koeżjoni għadda b’suċċess mill-Kumitat tal-Iżvilupp Reġjonali. 

Dan ir-rapport jibgħat messaġġ b’saħħtu li n-nisa ma jistgħux jitħallew jaqgħu lura fis-soċjetà u għaldaqstant għandu jkun hemm rabta biex tkun assigurata l-ugwaljanza meta pajjiżi membri jiġu biex jużaw fondi ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.

“Irridu naraw li dan ir-rapport iwassal sabiex ikun hemm il-promozzjoni ta’ aktar ugwaljanza li sussegwentament se tkun qed tfisser titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nisa madwar l-Ewropa kollha”, qalet Josianne Cutajar. 

Dr Cutajar spjegat kif huwa importanti li permezz tal-fondi ta’ koeżjoni, għandhom jiġu miġġielda pjagi soċjali bħall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u anke jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja ta’ kuljum.

Ir-rapport jinkludi wkoll referenza qawwija sabiex tkun ukoll miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-komunità LGBTI.

“Dan huwa rapport li jippromowovi l-ugwaljanza, l-inklużjoni, il-ġustizzja soċjali u r-rispett”, qalet Dr.Cutajar. “Dmirna issa huwa li nkomplu nimbuttaw sabiex mill-kliem u r-rapporti immorru għal aktar ugwaljanza bil-fatti. Ħidmieti f’dan il-qasam ser tkompli”, ikkonkludiet l-MPE Maltija.


Statement

Wednesday 9 June 2021

Issued by MEP Josianne Cutajar

 A report ensuring greater equality adopted by the European Parliament — Josianne Cutajar negotiator on behalf of S & D

The European Parliament has adopted an important report, of which MEP Josianne Cutajar was the negotiator on behalf of S&D. This report will ensure greater gender equality. The vote in plenary took place after the report on gender mainstreaming in cohesion policy passed through the Regional Development Committee.

This report sends a strong message that women cannot be left behind. And for this reason, there should be a link to ensures and guarantees equality by Member States that use EU cohesion funds.

“It is our intention to see that this report leads to the promotion of more equality, which will subsequently mean an improvement in the quality of life of women all over Europe”, Josianne Cutajar stated.

Dr Cutajar explained that it is paramount that through cohesion funds, social scourges such as gender-based violence are tackled, while other issues such as better work-life balance are also addressed.

The report also includes a strong reference in relation to combatting LGBTI discrimination.

“This is a report that promotes equality, innovation, social justice and respect”, noted Dr. Cutajar. “Our duty now, is to continue pushing to move from words and reports to factual equality. My work in this area will continue “, concluded the Maltese MEP.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn