“Filwaqt li rridu naħdmu qatigħ favur ambjent aħjar u nieqes mill-karbonju, ma nistgħux indawru wiċċna għall-impatt soċjali li se tħalli din it-tranżizzjoni” MPE Josianne Cutajar

MPE Josianne Cutajar

Stqarrija

Il-Ġimgħa 23 ta’ Lulju 2021

Maħruġa minn Josianne Cutajar MPE

“Filwaqt li rridu naħdmu qatigħ favur ambjent aħjar u nieqes mill-karbonju, ma nistgħux indawru wiċċna għall-impatt soċjali li se tħalli din it-tranżizzjoni” MPE Josianne Cutajar

F’kummenti li tat fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Innovazzjoni (ITRE) qabel il-waqfa tas-Sajf, propju waqt preżentazzjoni tal-Kummissarju għall-Enerija Kadri Simson fuq l-aspetti tas-settur tal-enerġija tal-‘Fit for 55 Package’, il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar saħqet li filwaqt li hija taqbel, u se taħdem favur il-mira Ewropea ta’ newtralità mill-karbonju sal-2050, l-Ewropa ma tistax idawwar wiċċha għall-impatt soċjali li tali tranżizzjoni se tkun qed tħalli.

Il-‘Fit for 55 Package’ jinkludi sensiela ta’ proposti leġislattivi li se jwasslu sabiex jitnaqqsu b’55% l-emissjonijiet, u b’mod sussegwenti jagħmlu lil Ewropa, l-ewwel kontinent climate neutral.

Josianne Cutajar appellat sabiex l-Unjoni Ewropea tkun attenta sabiex ma nżidux l-impatt fuq il-ħaddiema u l-familji li jaqilgħu l-inqas. “Huwa importanti li naħdmu fuq qbil li jagħti l-flessibilita` meħtieġa lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jadattaw l-pjanijiet tagħhom lejn dawn il-miri, filwaqt li jħarsu wkoll l-esiġenzi tal-komunitajiet tagħhom” stqarret Dr Cutajar.

“Filwaqt li nilqa’ l-proposta għall-ħolqien ta’ ‘Social Climate Fund’, irridu nagħmlu ħafna aktar sabiex verament nassiguraw li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura, speċjalment gżejjer u pajjiżi fil-periferija, bħal Malta u Għawdex” tenniet Josianne Cutajar.

Hija kompliet tgħid li pajjiżi bħal Malta li huma dipendenti mill-avjazzjoni u t-trasport marittimu, se jħossu ħafna aktar l-impatt ta’ taxxi ambjentali u miżuri oħra li jista’ jkollhom anke impatt fuq l-ispejjeż u t-tariffi relatati mat-trasport. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkun hemm kumpens u appoġġ adegwat sabiex tkun salvagwardjata l-kompetitività tal-operaturi kollha li jaħdmu fil-qasam, filwaqt li nassiguraw li t-trasport u l-enerġija jkunu affordabbli.

 Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista



Statement

Friday 23 July 2021

Issued by Josianne Cutajar MEP

“Whilst we need to work hard for a better and carbon-free environment, we cannot ignore the social impact this transaction will have” — MEP Josianne Cutajar

Whilst intervening during the last meeting of the Committee on Industry, Research and Innovation (ITRE) before the summer recess, during which a presentation by Energy Commissioner Kadri Simson on the energy sector aspects of the ‘Fit for 55 Package’ was delivered, MEP Josianne Cutajar stressed that although she agrees with, and will work towards, the European goal of carbon neutrality by 2050, Europe cannot ignore the social impact that such a transaction will have.

The Fit for 55 Package includes a series of legislative proposals that will lead to a 55% reduction in emissions, with the aim of Europe becoming the first climate neutral continent.

Josianne Cutajar called for the European Union to be careful so as not to increase the impact on lower-earning workers and families. “It is important to work towards an agreement that provides Member States with the needed flexibility to adopt their approach to reach the climate targets, whilst taking into account the needs of their communities” said Dr Cutajar.

“Whilst I welcome the creation of a Social Climate Fund, much more needs to be done to ensure that we really leave no one behind especially islands and countries on the periphery, such as Malta and Gozo,” Josianne Cutajar reiterated.

She went on to say that countries such as Malta whose connectivity solely depends on aviation and maritime transport, will be hit much harder by environmental taxes and other measures which may have an impact on transport fares and costs in these sectors. It is therefore necessary to ensure adequate compensation and support to safeguard the competitiveness of all operators working in the field, whilst also guaranteeing transport and energy affordability.

Office of Communication

Labour Party

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn