“Huwa importanti li ċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jitħaddem malajr kemm jista’ jkun kemm fuq livell Ewropew, iżda anke fuq livell internazzjonali” – il-MPE Josianne Cutajar

Stqarrija

It-Tlieta 1 ta’ Ġunju 2021

Maħruġa mill-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar

Huwa importanti li ċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jitħaddem malajr kemm jista’ jkun kemm fuq livell Ewropew, iżda anke fuq livell internazzjonali” – il-MPE Josianne Cutajar

Waqt li kienet qed tindirizza l-Forum Amex organizzat minn American Express, il-MPE Josianne Cutajar saħqet fuq l-importanza li ċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jaħdem malajr kemm jista’ jkun kemm fuq livell Ewropew u anke fuq livell internazzjonali.

“Dan kollu huwa importanti sabiex pajjiżi bħal Malta jkunu jistgħu jirċievu ferm aktar turisti b’mod aktar sigur filwaqt li tkun imħarsa parti kbira u importanti tal-ekonomija”, qalet Dr Cutajar.

Il-membru Parlamentari Ewropew Maltija semmiet kif propju lbieraħ stess, Malta kienet minn tal-ewwel fid-dinja li nidiet iċ-ċertifikat tal-vaċċin, liema ċertifikat se jkun għodda importanti sabiex terġa’ tibda ddur r-rota ekonomika.

Josianne Cutajar, waqt l-indirizz tagħha, saħqet li għas-settur turistiku hemm bżonn strateġija Ewropea b’saħħitha li tilqa’ fiha mhux biss lill-istati membri iżda anke lill-imsieħba l-oħra fil-qasam, inkluż dawk internazzjonali.

“Din l-istrateġija ħolistika Ewropea għandha tiffoka fuq l-irkupru mill-pandemija iżda fl-istess waqt għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-era ambjentali u diġitali li qed ngħixu, ħalli tkun waħda li tolqot l-aspetti varji u importanti” stqarret Dr Cutajar.

Fl-aħħarnett l-MPE Maltija semmiet kif l-industrija tat-turiżmu hija waħda importanti ħafna u l-pajjiżi membri għandhom jieħdu l-okkażjoni sabiex it-tibdil li se jkollu jsir bilfors, konsegwenza tal-pandemija, jgħin sabiex  jistabilixxi s-sostenibilità tagħha għaż-żmien li ġej.

 

 

Statement

 Tuesday 1 June 2021

 

Issued by MEP Josianne Cutajar

 

“It is important that the vaccine certificate is operational as soon as possible both at European level, but also at international level” — MEP Josianne Cutajar

 

Addressing the Amex Forum organised by American Express, MEP Josianne Cutajar stressed the importance of making the vaccine certificate operational as soon as possible both at European and international level.

 

“All this is important so that countries like Malta can receive much more tourists in a safer way while protecting a large and important part of the economy”, said Dr Cutajar.

 

Malta’s MEP mentioned how yesterday Malta was among the first in the world to launch the digital vaccine certificate, which will be an important tool to return to the economic cycle.

 

During her address, Josianne Cutajar, stressed that a strong European strategy is needed for the tourism sector, a strategy that does not only involve Member States but also other stakeholders, including partners in the international field.

 

“This holistic European strategy should focus on the recovery from the pandemic, whilst also taking into account the environmental and digital era we are living in, so as to ensure that it touches on the various relevant aspects” said Dr Cutajar.

 

Finally, the Maltese MEP mentioned how the tourism industry is a very important one and Member States should take the opportunity so that the changes that will have to be made, as a consequence of the pandemic, will also ensure the industry’s sustainability for the time to come.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn