Il-mezzi diġitali — fil-qalba tal-irkupru mill-pandemija, u lil hinn

L-isfidi ġodda li ġabet magħha l-pandemija fl-aħħar sena żgur li xprunawna biex infittxu soluzzjonijiet għalihom kemm jista jkun fil-ħin. Dan kien ifisser ukoll li l-qalba għall-mezzi diġitali biex jgħinuna mmexxu ħafna oqsma ta ħajjitna, kellna mmorru għaliha baktar ħeffa milli qatt immaġinajna.

 

It-teknoloġija diġitali illum qed tagħtina ċċans biex il-bidliet tant meħtieġa li konna nitkellmu dwarhom qabel il-Covid-19, bħas-sostenibilità, l-inklussività, u l-ħarsien tal-ambjent issa nwettquhom bmod effettiv, aħna u nagħmlu l-isforz li nqajmu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna fuq saqajhom mill-ġdid.

 

Fil-jiem li għaddew kelli l-opportunità li nindirizza dan is-suġġett f’żewġ fora importanti fuq livell Ewropew, wieħed ko-ordinat min-netwerk tal-medja Euractiv, li tispeċjalizza fl-oqsma ta politika Ewropej, u forum ieħor organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija l-Eurochambres.

 

Fl-indirizz tal-ftuħ għall-Euractiv sħaqt dwar il-fatt li t-teknoloġiji diġitali qegħdin dejjem aktar jieħdu rwol operattiv ċentrali fis-setturi kollha tal-ekonomija tagħna.

 

U dan proprju għax din il-qalba, jekk tkun użata u regolata tajjeb, tista iġġib magħha qabża fil-kwalità tas-servizzi, tal-prodotti, u tal-oqsma ta operat ta negozji, mhux l-inqas dawk fdestinazzjonijiet li, bħal Malta u Għawdex stess, għandhom interessi kbar fl-industrija tat-turiżmu.

 

Jekk inwettquha sew, l-opportunità għal titjib fl-operat tat-turiżmu permezz ta għodod diġitali tkun waħda ta skala kbira u li tista ġġib magħha benefiċċji kbar.

 

Diġà jeżistu faċilitajiet diġitali li xogħolhom hu li jiġbru d-data meħtieġa biex vjaġġi u titjiriet ikunu aktar effiċjenti, biex jiżguraw li l-ivvjaġġar ikun iżjed sigur, jipprovdu tagħrif preċiż u fwaqtu dwar destinazzjonijiet turistiċi, ospitalità, negozji lokali u servizzi oħrajn, kif ukoll sabiex jgħinu fl-ippjanar ħolistiku tal-vjaġġi u btajjel.

 

Aktar minn hekk, il-ħidma diġitali tgħin bmod dirett biex nilħqu l-għanijiet ta sostenibilità, ħarsien ambjentali u l-inklużjoni tal-persuni.

 

U dan għaliex il-mezzi diġitali fihom infushom kapaċi jilħqu ħafna aktar persuni fmument wieħed, u jistgħu jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-pjanijiet tagħhom bmod aktar preċiż u fil-ħin.

 

Fid-diskors tiegħi tal-ftuħ għall-attività tal-Euractiv, sħaqt li dan kollu jfisser li n-negozji tagħna permezz tal-għodod diġitali se jkollhom opportunità unika biex jamministraw aħjar ir-riżorsi tagħhom, u fl-istess waqt joffru esperjenza turistika aħjar u baktar potenzjal għall-klijenti tagħhom.

 

Għamilt enfasi ukoll fuq il-bżonn li l-avvanzi diġitali jimxu id fid mat-tisħiħ tal-kuntatt uman, u tal-inkontru soċjali bejn il-persuni, li x-xjenza medika qegħda kulma jmur turina kemm huma kruċjali għas-saħħa fiżika u mentali tagħna.

 

It-tlaqqigħ ta persuni u kulturi huwa proprju fil-bażi tal-esperjenza reali tat-turiżmu, jiġifieri t-tgawdija fiżika tal-kulturi, lokalitajiet, divertiment u aspetti oħra li jagħmlu l-esperjenza turistika.

 

Ladarba l-mument preżenti jirnexxilna negħlbuh, irridu naraw li t-teknoloġija diġitali isservi sabiex il-ġid soċjali tassew jissaħħaħ u jilħaq kemm jista jkun nies.

 

Il-ħaddiema, il-familji, in-negozji żgħar u medji dawn kollha għandhom jibbenefikaw bmod dirett mit-titjib u l-faċilitajiet li l-qasam diġitali jġib f’ħajjitna.

 

Fdan is-sens, kelli ukoll l-okkażjoni li nitkellem fwebinar tal-Eurochambres dwar ir-rwol tal-qalba diġitali fis-settur tal-SMEs, u dan fid-dawl tal-Istrateġija Ewropeja għan-Negozji Żgħar u Medji, li dwarha mexxejt Rapport fisem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew is-sena li għaddiet.

 

Hawnhekk, il-qalba diġitali ser tkun importanti ħafna   speċjalment fejn jidħlu intrapriżi li joperaw jew minn gżejjer, jew inkella minn żoni oħra fuq il-periferiji Ewropej li għandhom sfidi ta aċċess jew konnettività fin-negozju tagħhom.

 

Kien proprju għahekk li fid-diskors tiegħi ġeddidt is-sejħa lill-Kummissjoni Ewropea għal pjan ta azzjoni għan-negozji tagħna li jkun fih skeda u stipulazzjonijiet ċari ta żmien biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu.

 

Fuq quddiemnett tal-aġenda għandu jkun hemm l-għajnuniet lin-negozji tagħna biex jgħelbu l-kriżi ikkawżata mill-Covid-19, jitnaqqas minn fuqhom il-piż amministrattiv, u wkoll biex jirnexxu fit-tranżizzjoni kemm diġitali kif ukoll fdik ambjentali.

 

Min-naħa tiegħi se nkompli nirsisti sabiex niżgura li s-settur tat-turiżmu, in-negozji żgħar u medji tagħna – li minnhom jiddependu eluf ta ħaddiema – u oqsma oħra ta ħidma jkunu verament fiċċentru tal-isforz biex nirkupraw mill-effetti tal-pandemija.

 

Persważa ukoll li l-għodod diġitali, l-informatika u l-intelliġenza artifiċjali ser ikunu fuq quddiem kemm fl-isforz biex l-għanijiet ta irkupru mill-pandemija jintlaħqu fl-iqsar żmien possibli, kif ukoll fit-tifsil ta pjanijiet għas-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej fil-ġejjieni qrib.

 

 

Dr Josianne Cutajar hija Membru Parlamentari Ewropew

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn