L-MPE Josianne Cutajar tindirizza l-Global Tourism Forum f’Bodrum, it-Turkija

Stqarrija

Is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2021

Maħruġa mill-MPE Josianne Cutajar

Il-MPE Josianne Cutajar tindirizza l-Global Tourism Forum f’Bodrum, it-Turkija

“Irridu nerġgħu nibdew it-turiżmu fuq livell Internazzjonali” – Josianne Cutajar

L-Unjoni Ewropea qed tibgħat sinjali importanti b’kampanji ta’ vaċċinazzjoni b’saħħithom u anke t-tħejjijiet għaċ-ċertifikati tal-Covid diġitali. “Ladarba din is-sistema tkun f’postha huwa importanti li niffukaw fuq kif ser nagħtu spinta lit-turiżmu fuq livell Internazzjoni”.

Stqarret dan il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-Global Tourism Forum f’Bodrum it-Turkija.

L-MPE Maltija żiedet li hemm ir-rieda min-naħa tal-Unjoni Ewropea li propju dan isir u l-fatt li bdew it-taħdidiet ma’ pajjiżi terzi huwa xhieda ta’ dan.

Dr Cutajar saħqet li t-trasport huwa l-għodda li jgħaqqad mhux biss il-pajjiżi iżda anke kulturi ma’ oħrajn, u għaldaqstant huwa t-trasport li jagħmel possibli n-numru kbir ta’ ċaqlieq ta’ turisti li jmorru minn pajjiż għal ieħor. “In-nies jixtiequ jsiefru, jitgħallmu u jiltaqgħu ma’ kulturi oħrajn u allura xogħolna huwa li nagħtuhom bizzejjed kunfidenza u serħan il-moħħ sabiex jagħmlu dan b’mod sigur”, qalet Dr Cutajar.

Huwa importanti li nżidu l-kunfidenza tat-turist u ta’ min jivvjaġġa, u f’dan ir-rigward bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex jidħol fis-seħħ “Safety Seal” Ewropew, biex dan l-għan ikun jista’ jintlaħaq b’mod effiċjenti.

Dr Cutajar tkellmet ukoll dwar l-importanza li aħna u nirkupraw mill-pandemija, nżommu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna prinċipji fundamentali li jinkludu l-qalbiet ambjentali u teknoloġiċi li rridu nagħmlu u wkoll l-aspett ta’ konnettivita’.

Dwar il-konnettivita’, Dr Josianne Cutajar saħqet li trid issir ħidma kontinwa sabiex ikun hemm mezzi tat-trasport effiċjenti u affordabbli. “Bħala persuna li ġejja minn gżira, propju minn Għawdex, naf xi jfisser li taqbad diversi mezzi tat-trasport u tqatta’ ħin twil tivvjaġġa sabiex tmur għax-xogħol jew biex tilħaq iċ-ċentru tal-Ewropa.”

Fil-kuntest ta’ dan kollu hi għalqet b’appell sabiex pajjiżi bħal Malta, u anke dawk li huma viċin il-kosta, jagħmlu użu aħjar mit-trasport bil-baħar. Fl-aħħar nett, hi semmiet ukoll il-ħidma tal-Gvern Malti f’dan il-qasam, bl-introduzzjoni riċenti tal-fast ferry, li żiedet fl-alternattivi tat-trasport bil-baħar kemm għall-persuni tal-lokal u kif ukoll għat-turisti.

 

 

 Press Release

Saturday 12th June 2021

Issued by MEP Josianne Cutajar

MEP Josianne Cutajar addresses the Global Tourism Forum in Bodrum, Turkey. “We need to re-start tourism on an international level” – Josianne Cutajar

 

The European Union is sending a strong message with its vaccination and digital Covid certificates campaign. “Once this infrastructure is in place, it is paramount to focus on pushing forward tourism on an international level.” This was stated by Member of the European Parliament Josianne Cutajar, while she was addressing the Global Tourism Forum in Bodrum, Turkey.

The Maltese MEP added that there is a strong will from the European Union’s side in this regard, and proof of this is the fact that discussions have already started with third countries.

Cutajar also stated that transport as a whole, is a tool that connects not only countries, but also cultures with one another, and for this reason, transport makes it possible for tourists to move around from one country to another. “People wish to go abroad, they wish to learn and meet new cultures, and therefore our job is to give them enough confidence and peace of mind so that this can be done in a safe and secure manner”, stated Dr Cutajar.

It is very important to increase the confidence of tourists and travellers alike, and in this regard, there are discussions taking place regarding the introduction of a European Safety Seal, so that this purpose could be achieved in an efficient manner.

Dr Cutajar also spoke about the importance of keeping certain fundamental principles central to our modus operandi while recovering from the pandemic, including environmental and technological changes that need to take place, and also connectivity.

As regards connectivity, Dr Josianne Cutajar stated that there needs to be continuous work so that means of transport are both efficient as well as affordable. “As a person hailing from an island, from Gozo, I know what it means to use various means of transport and to spend a long time travelling in order to go to work, or to reach the centre of Europe.”

In this context, Cutajar closed with a call for countries such as Malta, and those in close coastal proximity, to make better use of sea transport. In conclusion, she also mentioned the work of the Maltese Government in this area, with the recent introduction of the fast-ferry, which increased sea transport alternatives for both locals and tourists alike.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn