Nilqgħu l-Isfidi biex Nirnexxu

Jum il-Mara. Il-Jum Internazzjonali tan-nisa, iċċelebrat għada, il-jum dinji li jiċċelebra l-kisbiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi tan-nisa. Din is-sena, it-tema magħżula hija Choose to Challenge agħżel li tisfida.

Mill-ewwel ngħid li trid tkun il-mara nfisha li trid turi determinazzjoni li tasal biex til]aq l-għanijiet tagħha. Iżda mbagħad hemm ukoll l-isfidi. It-tagħrif li għandha f’idejna juri li għad hemm qabża finanzjarja bejn is-sessi.

Hemm diskrepanza ċara bejn is-salarji tan-nisa tagħna u dawk tal-irġiel. U għad baqagħlna ħafna xi nwettqu biex niksbu parteċipazzjoni ugwali għan-nisa fil-qasam politiku u soċjali.

F’pajjiżna stess, qed naraw Gvern li qed jaħdem biex ikun hemm aktar rappreżentanza femminili fil-parlament. Kien ukoll dan il-Gvern li dejjem emmen fil-ħila tal-mara li tmexxi u torganizza s-soċjetà, u li n-nisa poġġihom, kif mistħoqq, f’pożizzjonijiet taresponsabbiltà u ta’ tmexxija.

Statistika ippubblikata internazzjonalment tagħti ħarsa lejn aspetti li ħaqqhom diskussjoni serja.

Figuri tal-Eurostat juru li sal-2019 kien hemm żieda tanisa fid-dinja tax-xogħol, b’Malta fuq quddiem fost il-pajjiżi Ewropej kollha.

Iżda f’dak li jirrigwarda n-nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż — il-Parlament Malti — pajjiżna jikklassifika lejn l’isfelnett meta mqabbel mapajjiżi oħra, u dan minkejja l-fatt li nofs il-Membri Parlamentari Ewropej għal Malta illum huma nisa.

Fejn tidħol it-teknlooġija tal-informatika, fir-rapport Women in Digital Scoreboard 2020, Malta tinsab fis-sbatax-il post fost il-pajjiżi tal-UE.

U fejn jidħlu speċjalisti nisa fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni, il-persentaġġ ta’ nisa involuti fihom f’Malta huwa ta10.7% — ammont baxx meta imqabbel mal-medja Ewropeja li hija ta’ 17.7%.

Propju b’rabta ma’ Jum il-Mara, il-Ġimgħa li għaddiet ħadt sehem fdiskussjoni virtwali lokali bit-tema ta’ “In-Nisa u t-Tmexxija fMalta matul il-Pandemija”. Xtaqt hawnhekk li nagħti ftit sfond dwar dan.

Meta sena ilu feġġet il-pandemija, din biddlet ħajjitna mil-lejl għan-nhar. Bdejna nitħabtu maemerġenza ta’ saħħa kif ukoll maxenarji dwar kif din il-pandemija kienet qed tolqotna.

Illum, sena wara, qed infittxu modi kif naqbdu t-triq lura lejn in-normalità — iżda għadna fl-istess waqt qed inħossu l-impatti soċjali, fiżiċi u ekonomiċi li l-pandemija ħalliet warajha.

Dawn il-piżijiet, in-nisa mad-dinja refgħuhom b’mod sproporzjonat, għax kienu toqol miżjud fuq l-inugwaljanzi li diġà kienu kontrihom qabel il-pandemija.

alfejn qed ngħid dan? Skont statistika tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, madwar 70% tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa huma nisa. Dan ifisser li n-nisa mhux biss jinsabu fuq quddiem bħala frontliners fdin il-pandemija, imma wkoll huma esposti għal riskju għoli għal saħħithom.

Imma rridu mmorru saħansitra lil hinn minn dan.

Irridu nqisu li waqt il-pandemija, minħabba r-restrizzjonijiet li kellhom jiġu imposti, in-nisa ġew affettwati wkoll minn żieda f’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika, stress, tnaqqis fid-dħul, iżolament u wkoll effett fuq is-saħħa mentali.

Imma hemm ukoll stejjer li warajhom hemm il-kuraġġ u d-determinazzjoni.

Hawn tiġini fmoħħi mill-ewwel il-Professur Charmaine Gauci. Jekk għandu jkollna eżempju tamara kuraġġuża u determinata, irridu nħarsu lejn ix-xogħol siewi u impekkabbli li għamlet u li għadha qed tagħmel il-Professur Gauci fejn tidħol is-saħħa pubblika — ħidma li spikkat sew matul din il-pandemija.

Magħha nżid ukoll in-nisa li qed imexxu kumpaniji, entitajiet, għaqdiet, negozji u n-nisa fil-politika. Dawn għandna nżommuhom quddiem għajnejna bħala nisa li qed jagħmlu suċċess, għax fuq kollox emmnu fihom infushom u stinkaw biex qed jirnexxu.

Imma għad baqa’ ħafna xi jsir. Hemm sfidi strutturali li jridu jingħelbu u li għandhom jiġu indirizzati. Il-progress fl-ugwaljanza bejn is-sessi jrid jilħaq l-isferi kollha tas-soċjetajiet tagħna.

Bħala Membru tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħalissa qed ninnegozja, f’isem il-grupp politiku tiegħi fil-Parlament Ewropew, rapport dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fil-Politika taKoeżjoni, u nemmen bis-sħiħ li din il-politika tista’ tgħin biex jintlaħaq aħjar dan l-għan.

Ir-riżorsi allokati għall-politika reġjonali jista’ jkollhom effett pożittiv fuq l-inugwaljanza bejn is-sessi, mhux biss minn perspettiva soċjali. Eżempju li jiġini fmoħħi huma l-faċilitajiet taċ-Childcare u kif dawn għenu biex kien hemm żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-postijiet tax-xogħol u wkoll nisa li komplew bl-istudji tagħhom.

Għalhekk dawn ir-riżorsi, jekk jintużaw sew, jistgħu jagħmlu d-differenza biex naraw aktar nisa li jkunu parteċipi fsetturi oħra, fosthom li jiksbu suċċessi ġodda u akbar fl-intraprenditorjat.

Kien proprju għalhekk li dan l-aħħar, f’Rapport li mexxejt f’isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, ħdimt lejn il-promozzjoni taStrateġija Ewropea għan-negozji tagħna li tkun iżjed orjentata lejn sehem aktar attiv tan-nisa fin-negozju.

Fiż-żjarat lil negozji immexxija min-nisa f’Għawdex li għamilt fl-aħħar ġranet, sħaqt fuq il-ħtieġa u l-importanza li jkollna aktar nisa fis-settur tal-intraprenditorjat.

Barra minn hekk, is-sehem tal-mara f’oqsma bħall-industrija, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-oqsma diġitali irridu nikkultivawh u nespanduh b’inizjattivi tajbin. Nilqa’, f’dan il-qasam, l-isforzi Ewropej bħall-Aġenda tal-Ħiliet sabiex jiżdied is-sehem ta’ gradwati nisa fis-suġġetti STEM.

Imma anke hawn, iċ-ċifri ta’ nisa parteċipi għadhom baxxi wisq. Hemm bżonn li tikber il-ħidma biex intejbu l-perċezzjoni tal-karrieri STEM fost it-tfajliet u n-nisa tagħna — u niżguraw li ladarba jiggradwaw, inżommuhom fid-dinja tax-xogħol.

Din hija r-raġuni għaliex bħala r-Rapporteur Permanenti għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru fil-Kumitat għall-Politika Industrijali, Teknologika u ta’ Riċerka, qed naħdem fuq workshop li fiż-żmien li ġej se jkun qed jiġbor flimkien esperti minn oqsma differenti sabiex niddiskutu titjib, b’azzjonijiet biex titnaqqas id-differenza bejn is-sessi f’dawn l-oqsma.

It-tama tiegħi hi li inizjattivi li nfasslu fuq livell lokali u dak Ewropew jgħinu biex jinżamm livell għoli ta’ għarfien politiku dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li dawn ikunu l-bażi għal aktar progress.

Nawgura għalhekk lin-nisa kollha mhux biss għall-Jum iddedikat għalihom, imma li jħaddnu kuraġġ u determinazzjoni biex tassew ikomplu jirnexxu.

 

Dr Josianne Cutajar hija Membru Parlamentari Ewropew

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn