Sentejn ta’ ħidma favur il‑Maltin u l‑Għawdxin

Kien propju sentejn ilu meta l‑poplu Malti u Għawdxi wera fiduċja fija biex nirrappreżentah fil‑Parlament Ewropew. Mument, li mhux biss kien ta’ sodisfazzjon għalija, iżda wieħed storiku hekk kif l‑ewwel persuna Għawdxija kienet se tirfes f’waħda mill‑ogħla istituzzjonijiet fl‑Unjoni Ewropea.

 

Fost dawn, ftit ilu, ġejt appuntata bħala n‑negozjatriċi tal‑Grupp tas‑Soċjalisti u Demokratiċi f’ħidma relatata mar‑Riċerka u l‑Innovazzjoni u l‑implimentazzjoni ta’ parti mill‑programm ta’ fondi ‘Horizon Europe’. Inħares ’il quddiem sabiex nimbotta lil Għawdex u lil Malta bħala gżejjer li kapaċi jservu ta’ ‘hubs’ għal riċerka u proġetti pilota fir‑rigward.

 

Jiddispjaċini ngħid li f’din il‑ħidma kelli nara Maltin bħali jippruvaw itappnu isem pajjiżna barra minn xtutna. Kontra dan ser nibqa’ nfakkar ir‑rikonoxximenti ‑ anke sa din il‑ġimgħa stess – mill‑Kummissjoni Ewropea, l‑OLAF u l‑Kunsill tal‑Ewropa, fost l‑oħrajn, tal‑isforzi ġenwini u l‑kooperazzjoni ta’ pajjiżna.

 

Fid‑dawl ta’ dan, impenjata bis‑sħiħ sabiex mal‑kollegi fil‑Parlament Ewropew inkompli nesponi l‑fatti u l‑ħidma pożittiva ta’ Gvern Laburista.

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn