GĦAWDEX U L-UNJONI EWROPEA
Bħala l-ewwel Membru Parlamentari Ewropew Għawdxija, f’din l-intervista minn Newsbook waqt l-aħħar plenarja, nispjega b’eżempji minn ħidmieti stess, kif il-liġijiet u l-politika tal-Unjoni Ewropea jaffetwaw direttament lilna u lill-gżejjer tagħna.
Hi ħasra li din l-intervista, li oriġinarjament kienet se tixxandar ukoll fuq radio RTK 103 qabel l-elezzjoni, għalissa ġiet imxandra biss online, bil-konsegwenza li mhix ser tilħaq lil dawk fostna li m’għandhomx aċċess għall-mezzi soċjali f’dan iż-żmien importanti ta’ għażla.
Intenni l-messaġġ tiegħi favur l-importanza tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew għal Għawdex u Malta tagħna 🇲🇹🇪🇺