Qawmien ekonomiku: nibdew min-negozji ż-żgħar

Ebda diskors ekonomiku fl-Ewropa ma jista’jitbiegħed mill-ekosistema tan-negozji ż-żgħar u medji. Aktar minn 95% tan-negozji Ewropej meqjusin SMEs li jfisser li mill-manifattura sas-servizzi kollha offruti,u magħhom l-impjiegi,marbutin ilkoll man-negozji ż-żgħar.

Id-diskussjoni dwar kif se nkomplu nimxu’ l quddiem b’modi ġodda u li jġibu inqas dannu għal saħħitna u għall-ambjent ta’madwarna ma bediex ilbieraħ tant li l-Unjoni Ewropea kienet bdiet taħmi strateġija mibnija fuq qalba industrijali u process intiż ta’diġitalizzazzjoni.
Ġara iżda li faqqgħet pandemija u l-agħar seħħ.Waqfet il-ħajja. It-toroq żvujtaw u r-rota waqfet iddur bil-konsegwenza ta’telf imdaqqas u inċertezza.
Issa mhux talli ridna naraw kif in-negozji Ewropej jibdew jikkompetu aħjar f’suq globali aħrax, talli qabel xejn ridna naraw li nerġgħu nkebbsu fihom il-fiduċja.

Dak li nsistejna fuqu sa minn qabel is-sajf sab post fil-Pjan ta’Rkupru Ekonomiku għall-Ewropa. Minflok ma n-negozji ġew sfurzati jbiddlu l-operat f’saltu minn jeddhom,rajna l-ewwel li nagħtu l-għodod finanzjarji f’għotjiet u self biex iħallu t-telf warajhom, isalvaw xogħol il-ħaddiema tagħhom, u jkollhom il-kapaċità li jħarsu’ l quddiem.. Laqatni s-sens t’adattament li rajt.

Ħafna rrivoluzzjonaw l-operat biex kisbu preżenza diġitali u pprovdew is-servizz xorta. Il-ftuħ tal-ekonomija ħaduh b’kawtela u ma beżgħux jinvestu f’mezzi primarjament diġitali biex żiedu s-sigurtà, serrħu rasil-klijenti imma baqgħu għaddejjin.

Il-politika trid tindokra dan is-sens intraprenditorjali responsabbli. L-appoġġ Ewropew fil-ħlas tal-pagijuri għan soċjali; jonqos issa linkebbsu l-innovazzjoni f’dawn l-intrapriżi u ma nħallux l-għarfien tagħna jkompli jiżloq lejn il-Lvant u l-Punent.

Għal min se jonqos milli jiżviluppa l-lat diġitali tal-operat se tkun diffiċli jsalva fit-tul. L-istrateġija li qed naħdem fuqha taħseb qabel xejn għat-taħriġ tal-ħaddiema biex insaħħu l-ħiliet tagħhom.

It-triq’il quddiem trid tkun imsejsa fuql-użu sfiq tar-riżorsi biex inkomplu noħolqu, niżviluppaw u nibnu hawn fl-Ewropa u fil-gżejjer tagħna stess. Hekk jikber in-negozju ż-żgħir b’kawża u effett.
Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn